Ħadd ma weġġa’ waqt serqa minn ġelaterija f’San Ġiljan

Ħadd ma weġġa’ waqt serqa li seħħet matul il-lejl li għadda minn ġelaterija f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ għal ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ dalgħodu fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan meta persuna mgħammda u armata b’arma li taqta’ u bil-ponta daħlet u talbet il-flus lit-tfajla li kienet qed taqdi n-nies fil-ġelaterija.

Irriżulta li l-ħalliel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus li ma jeċċedix is-€600.

Ħadd ma weġġa’ waqt din is-serqa filwaqt li aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.