Ħadd ma weġġa’ meta vettura ħadet in-nar fis-Siġġiewi

Ħadd ma weġġa’ meta vettura ħadet in-nar fis-Siġġiewi. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħodu fi Triq Tal-Providenza, s-Siġġiewi.

Irriżulta li vettura kienet ħadet in-nar, bin-nirien kienu kkontrollati mill-membri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili. Il-vettura nqerdet kompletament.