Ħadd ma weġġa’ meta nirien ħakmu żewġ karozzi fil-Mosta

Ħadd ma weġġa’ meta nirien ħakmu żewġ karozzi fi Triq it-Torri il-Mosta. L-inċident seħħ għal ħabta tas-2.15 am. Il-pulizija qalet li karozza li kienet ġewwa drive-in ta’ residenza għal xi raġuni ħadet in-nar, u karozza oħra li kienet ipparkjata quddiema, ħadet in-nar ukoll.

Il-faċċata tar-residenza ġarrbet ukoll xi ħsarat. Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien, kif ukoll ħaddiema tal-Enemalta għall-assistenza. Karozza minnhom inqerdet għal kollox filwaqt li l-oħra ġarrbet ħsarat estensivi.