Nirien dar tal-anzjani: 4 jingħataw l-ossiġnu minħabba dħaħen li belgħu

Aġġornat 08:54 PM

Ħadd ma weġġa’ meta ħadet in-nar kamra f’dar tal-anzjani fir-Rabat.

L-inċident seħħ ftit qabel is-7pm. Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt wieħed mir-residenti fid-dar kien qed ipejjep sigarett, li wassal biex il-kamra ħadet in-nar. Fuq il-post marret ambulanza u membri tal-protezzjoni ċivili. Fi stqarrija, il-Kurja qalet li n-nar laħaq intefa minn ħaddiema tal-istess dar. Spjegat li żewġ residenti, nurse u carer kellhom jingħataw l-ossiġnu minħabba d-dħaħen li belgħu.

F’Dar Saura bħalissa hemm 61 resident. Kemm ir-residenti kif ukoll il-carers u l-infermiera flimkien mal-amministrazzjoni ta’ Dar Saura jinsabu fuq lockdown bħala parti mill-miżuri introdotti fid-djar tal-anzjani biex jiġu mħarsa mill-pandemija tal-Covid-19.

It-triq għamlet ħin twil magħluqa għat-traffiku.