Ħadd ma weġġa’ fin-nar li ħa fl-Isptar Monte Karmeli

Ħadd ma weġġa’ meta llejla ħa n-nar f’waħda mill-iswali tal-Isptar Monte Karmeli.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanzi ta’ Mater Dei marru fuq il-post għall-assistenza.
Minkejja li xi pazjenti kienu evakwati, in-nar kien ikkontrollat mal-ewwel u ħadd ma weġġa’.
Skont l-investigazzjonijiet, in-nar beda meta ħa n-nar saqqu.