Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu vettura

Ħadd ma weġġa’ meta matul il-lejl, nirien ħakmu vettura f’San Pawl il-Baħar. Il-każ seħħ għal ħabta tat-tlieta ta’ dalgħodu fi Triq J. Quintinus f’ San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili li rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien. B’xorti tajba, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.