Ħadd ma’ weġġa f’nirien f’dar l-Imġarr

Ħadd ma weġġa' meta kċina ta' dar fl-Imġarr ħadet in-nar aktar kmieni llum wara nofsinhar.
Il-membri tat-tifi tan-nar issejjħu fuq il-post biex jikkontrollow in-nirien.
B’xorti tajba dak il-ħin ma kien hemm ħadd fid-dar u b’hekk ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. 
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq San Filippu l-Imġarr.