Ħadd ma weġġa’ bin-nirien fi kċina fil-Ħamrun

Google

Read in English.

Ħadd ma weġġa’ wara li xi nirien ħakmu l-kċina ta’ appartament fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq Mile End fil-Ħamrun. Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-ebda resident ta’ din il-blokka ma kellu bżonn assistenza medika u għaldaqstant l-ambulanza ma ssejħitx fuq il-post.

Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu preżenti u jidher li n-nar intefa’ permezz ta’ Fire Extinguisher.