Ħadd ma tressaq il-Qorti wara r-rimi illegali f’Ta’ Qali – Callus

Read in English.

Il-MP tal-Partit Nazzjonalista Ryan Callus qal li ħadd ma tressaq il-Qorti b’rabta mar-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni. Din l-illegalità kienet ġiet żvelata minn Newsbook.com.mt f’Diċembru tal-2018.

Callus qal dan fil-Parlament illum waqt diskussjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni. Callus kien qed jitkellem għan-nom tal-Oppożizzjoni.

F’Diċembru, Newsbook.com.mt kien irrapporta li f’Ta’ Qali, ftit metri l-bogħod minn fejn eluf ta’ familji nhar ta’ Ħadd jirrekrejaw ruħhom u jagħmlu picnic, hemm medda art, madwar 10,000 m kwadru, madwar għaxart itmien, li kienu intradmu kompletament minn għexieren ta’ tunellati ta’ skart tal-kostruzzjoni.

Filmat: Ferneżija ta’ rimi illegali f’Ta’ Qali

F’Jannar, l-Awtorità tal-Ippjanar marret Ta’ Qali sabiex tneħħi l-muntanja skart tal-kostruzzjoni.

Filmat: Il-PA tneħħi l-iskart f’Ta Qali; il-Pulizija għad iridu jwieġbu

Din il-parti mdaqqsa minn Ta’ Qali li kienet is-suġġett ta’ għadd ta’ stejjer investigattivi esklussivi minn Newsbook.com.mt issa se tiġi żviluppata bħala parti minn park b’investiment ta’ €20 miljun u b’kobor ta’ 450,000 metru kwadru.

Minn miżbla illegali għal park wara investigazzjoni ta’ Newsbook