Ħadd ma ndarab wara inċident b’Tal-linja

Read in English.

Malta Public Transport qalet li dalgħodu kien hemm inċident b’xarabank Tal-linja. Ikkonfermat li ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Fi stqarrija dalgħodu kien spjegat li f’Ħal Luqa deher xi duħħan madwar xarabank li kien qed jopera r-rotta 72. Kien spjegat li l-passiġġiera abbord tniżżlu minn fuq ix-xarabank u ttieħdu l-proċeduri kollha neċessarji biex is-sigurtà ta’ dawk kollha involuti tkun assigurata. MPT qalet li ħadd ma ndarab kawża tal-inċident.

Il-kumpanija bħalissa qed tagħmel investigazzjonijiet interni biex tkun tista’ tiddetermina l-kawża tal-inċident.