Ħadd ma jweġġa’ wara nirien f’lukanda fil-Mellieħa

Ħadd ma weġġa’ wara li xi nirien infirxu fil-lukanda Solana li tinsab fil-Mellieħa.
Il-persuni kollha li dak il-ħin kienu jinsabu fil-lukanda ġew evakwati bħala prekawzjoni.
Fuq il-post waslu membri tal-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili.
It-triq ingħalqet mill-Pulizija sakemm ġew evakwati n-nies mill-lukanda u ġew ikkontrollati n-nirien.
Fuq il-post wasal ukoll tim mediku li għen lil uħud mir-residenti minħabba d-dħaħen.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ biex jiġi stabbilit kif żviluppaw in-nirien.