Ħadd ma jweġġa’ wara ħabta bejn tliet karozzi

Ħadd ma weġġa’ wara li fi Triq Ħal Qormi fil-Ħamrun ħabtu tliet karozzi. Waħda mill-persuni, li ttieħdet l-isptar, sofriet biss ftit uġiegħ f’daharha.
Fl-inċident, li seħħ ilbieraħ flgħaxija, kien hemm tliet karozzi, b’waħda minnhom issofri ħsarat konsidorevoli.
Il-karozza l-oħra baqgħet dieħla f’bieb ta’ garaxx wara li s-sewwieq tilef il-kontroll.
Il-vettura l-oħra ġarrbet ħsarat żgħar.