Ħadd ma jisfida lil Karla

Jixxandru mill-ġdid l-episodji tal-2013 ta' din is-sensiela popolari.

Veronica Farrugia bħala n-nanna Karla

Mil-lejla fid-8.50pm, TVM se jerġa’ jibda jxandar is-sensiela Iċ-Ċaqqufa li orġinarjament kienet ixxandret f’Ottubru 2013.

L-istorja tmur lura għall-1972.

Fil-familja ta’ Karla titwieled tarbija oħra. Karla tittama li Benna, il-mara ta’ binha Salvu, kienet se ttiha tifel. Karla kellha ambizzjonijiet kbar għal dan it-tifel il-ġdid iżda bħal sajjetta fil-bnazzi il-wild il-ġdid mhux tifel iżda tifla.

F’qalb Karla mill-ewwel titnissel mibgħeda bħal li kieku t-tarbija twieldet tifla biex tisfidaha. U ħadd ma kien jisfidha lil Karla!

Għalhekk mal-ewwel nifs f’din id-dinja, id-destin ta’ Rożina kien siġillat. Qatt ma kien se jkollha ħajja facli b’nannitha ssus warajha u turiha biss mibgħeda. Għalhekk mal-ewwel nifs f’din id-dinja, id-destin ta’ Rożina kien siġillat. Qatt ma kien se jkollha ħajja facli b’nannitha ssus warajha u turiha biss mibgħeda. Għalhekk mal-ewwel nifs f’din id-dinja, id-destin ta’ Rożina kien siġillat. Qatt ma kien se jkollha ħajja facli b’nannitha ssus warajha u turiha biss mibgħeda.

In-nanna Karla (Veronica Farrugia) u Rożina (Geordie Schembri)

Iċ-Ċaqqufa hija produzzjoni ta’ Watermelon Media b’kitba ta’ Frederick Zammit fuq idea ta’ Pierre Portelli.