Ħadd mhu nofs bniedem, jew skart – L-Isqof Galea Curmi

Read in English.

“Min iqiegħed lil Kristu bħala il-ġebla tax-xewka tiegħu iqis lil kull bniedem kif iqisu Alla. Ħadd minn dawk li ħalaq Alla ma hu nofs bniedem.”

Hekk qal l-Isqof Galea Curmi waqt l-omelija matul il-quddiesa li issir kuljum mill-Kurja tal-Arċisqof, l-Furjana. Il-kliem meqjus u iebes tal-Isqof Galea Curmi jikber fir-rilevanza tiegħu fid-dawl tal-kontroversja din il-ġimgħa dwar l-immigranti li tħallew imutu fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta.

L-Isqof Awżiljarju kien qed jikkummenta fuq il-Vanġelu tal-lum fejn Kristu huwa deskritt bħala l-ġebla tax-xewka, jiġifieri l-aktar ġebla importanti fil-bini. Hwa qal li min jibni ħajtu fuq Kristu jgħożż kull persuna kif jgħożża Kristu, kemm jekk din il-persuna tkun Maltija, jew Taljana jew Afikana jew ta’ kwalunkwe nazzjonalita jew kulur.

Huwa qa li ħadd minn dawk li ħalaq Alla ma hu nofs bniedem. Żied jgħid li min jibni ħajtu fuq Kristu ma jiktibx fuq il-bnedmin daqs li kieku kienu biċċa għuda fil-baħar jew inkella agħar minn hekk, iqishom daqslikieku kienu skart.

Min jagħmel hekk, qal l-Isqof Galea Curmi ikun qiegħed jarmi lil Kristu minn ħajtu għax Kristu jridna nħarsu lejn l-oħrajn b’rispett u għożża.