Hacking mir-Russja jaffettwa organizazzjnijiet fir-Renju Unit

Numru ta’ organizazzjonijiet fir-Renju Unit jidher li ġew affettwati minn kampanja ta’ hacking imexxijja mir-Russja, skont rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali. Jirriżulta wkoll li ġew affetwati minn dan il-hacking, aġenziji top secret tal-gvern Amerikan.

Fir-Renju Unit s’issa jirriżulta li l-ebda dipartiment jew aġenzija tal-gvern ma ntlaqtu minn dan l-allegat hacking għalkemm l-awtoritajiet Ingliżi qed jinvestigaw jew ġewx affettwati aktar negozji, apparti dawk li diġà jafu dwarhom, fil-pajjiż.

L-esperti tas-cyber security fl-Istati Uniti skoprew dan kollu il-ġimgħa li għaddiet u qed jitqies bħala attakk li qatt ma raw bħalu għaliex hu mifrux ħafna u hu aktar sistematizzat.