Hackers niżżluli l-paġna ta’ Facebook – Casa

David Casa PL

L-MEP Nazzjonalista David Casa qal li l-paġna uffiċjali ta’ Facebook tiegħu ġiet hacked u li tniżżlet mill-internet.

Fuq Twitter Casa qal li l-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Facebook ġiet hacked u li tniżżlet illum waranofsinhar. Qal li dan kien attakk speċifiku fuqu. Żied jgħid li dan sar minn xi ħadd li rreġistra d-domain illum.

Casa spjega li bħalissa qed jaħdem biex isolvi l-problema.

Qal ukoll li l-Pulizija ta’ Malta ġiet infurmata bil-każ.

Sors tekniku qal lil Newsbook.com.mt li l-unika mod ta’ kif tiġi hacked paġna hija permezz ta’ hack fuq wieħed mill-accounts li jamminstraw dik il-paġna.