Ħabtet bil-karozza f’arblu tad-dawl; tweġġa’ gravi

Read in English.

Żgħażugħa ta’ 23 sena soffriet minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku lbieraħ fl-inħawi tas-Salib fil-limiti tar-Rabat.

Skont il-Pulizija, l-inċident seħħ għal ħabta tas-7.15pm meta l-karozza baqat dieħla ġo arblu tad-dawl.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu biex joħorġu lil mara li nqabdet fil-karozza u ambulanza ħaditha l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.