Ħabta żgħira, traffiku kbir

Pickup aħmar ħabat f’tal-linja qrib it-traffic lights ta’ Paceville.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm meta tal-linja kienet qed issuq fid-direzzjoni lejn Pembroke.
Fi ftit ħin inġemgħa traffiku kbir u għalhekk is-sewwieqa huma mħeġġa jagħżlu toroq alternattivi.
Ritratt: Leon Xuereb