Ħabta timblokka t-‘tidal lane’ tal-Marsa

Ħadd ma weġġa’ f’inċident bejn żewġ karozzi fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15am fit-tidal lanes.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-Pulizija qed tidderieġi t-traffiku.
Għal xi ħin it-tidal lane kien magħluq għat-traffiku.
Ritratt: Arkivji