Ħabta Swieqi: Kienet fil-periklu tal-mewt; tintbagħat id-dar

Incident-tat-traffiku-fis-Swieqi
CMRU

Mara ta’ 76 sena li fit-3 ta’ Jannar kienet involuta fi inċident tat-traffiku fis-Swieqi ġiet irrilaxxata mill-isptar.

Il-Pulizija kkonfermaw li l-mara li kienet fil-periklu tal-mewt inbagħtet lura d-dar. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq Sant’ Andrija u l-impatt seħħ bejn żewġ karozzi.

Il-mara ta’ 76 sena kienet passiġġiera f’karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 70 sena. Passiġġiera magħhom kien hemm mara ta’ 73 sena mix-Xgħajra u raġel ta’ 31 sena mis-Swieqi.