Ħabta qrib l-isptar; tweġġa’ mara

Mara ta' 42 sena minn Birkirkara weġġgħet f'inċident tat-traffiku fl-Imsida. 
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fir-Ring Road tal-Isptar Mater Dei, bejn il-karozza misjuqa mill-mara u karozza tal-linja. 
Il-mara ttieħdet l-isptar. 
Fl-inħawi nġema' ħafna traffiku kawża ta' dan l-inċident.