Ħabta oħra f’Burmarrad; iweġġa’ sewwieq ta’ mutur

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad.
L-inċident seħħ ftit wara s-2pm bejn mutur u karozza fi Triq Burmarrad.
Is-sewwieq tal-mutur, Taljan ta’ 45 sena mill-Mellieħa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Hu ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Min-naħa tal-karozza, li huwa barrani ta’ 30 sena resident San Pawl il-Baħar, ma ġarrab l-ebda ġrieħi.