Ħabta oħra bejn mutur u karozza issa f’San Ġwann

Dalgħodu seħħet it-tieni ħabta bejn mutur u karozza, din id-darba f’San Ġwann. Is-sewwieq tal-mutur sofra ġrieħi ħfief.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fi Triq Tal-Balal għall-ħabta tad-8.45am. Il-mutur kien qed jinstaq minn Sirjan ta’ 23 sena residenti San Ġwann, filwaqt li l-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 36 sena residenti San Ġwann ukoll. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei kawża ta’ dan l-inċident, iżda wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Kważi fl-istess ħin, seħħet ħabta simili f’Ħad-Dingli fejn żagħżugħ ta’ 19-il sena li kien qed isuq mutur spiċċa ttieħed l-Isptar Mater Dei kawża ta’ ħabta fi Triq il-Merill.

Aqra: Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Ħad-Dingli