Aġġornata (2): Mara tweġġa’ f’ħabta f’Wied il-Għajn

Mara ta' 43 sena minn Wied il-Għajn weġġgħet f'ħabta head-on bejn żewġ karozzi f'Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ fi Triq id-Daħla ta' San Tumas f'Wied il-Għajn fl-4.20pm. Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta' 57 sena minn Birżebbuġa.
Għal xi ħin parti mit-triq kienet magħluqa għat-traffiku.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll il-Pulizija biex jassistu.
Ritratt: Arkivji