Ħabta ‘head-on’ f’Ħal Far, it-triq magħluqa

Read in English.

Sewwieq ta’ karozza ttieħed l-isptar wara li ħabat f’karozza oħra f’ Ħal Far. Għall-ħabta tas-7 ta’ dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far.

Il-każ ġie kkonfermat mill-Pulizija li l-ħabta seħħet bejn żewġ karozzi, waħda misjuqa minn raġel ta’ 19 sena minn Ħaż-Żabbar u l-oħra minn raġel ta’ 60 sena minn Birżebbuġa.

Il-ħabta kienet deskritta bħala head-on.

Iż-żagħżugħ ittieħdet l-isptar u l-kundizzjoni tiegħu għada mhix magħrufa.

It-triq hi magħluqa għat-traffiku.