Ritratti: Gaffa tkaxkar karozza; jintlaqtu 2 karozzi oħra u cabin cruiser

Gaffa ħdejn Wied Għollieqa f'San Ġwann kaxkret karozza, bil-konsegwenza li ntlaqtu żewġ karozzi oħra u cabin cruiser.
Persuni li kienu fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li gaffa li kienet fit-triq ħabtet ma' karozza. Jidher li din il-karozza baqgħet dieħla ġo karozza oħra, li mbagħad spiċċat tolqot karozza oħra li kien hemm warajha. L-aħħar karozza mbagħad daħlet ġo cabin cruiser. Skont l-istess persuni, sid il-gaffa kaxkar l-ewwel karozza biex ikun jista' jgħaddi.
Persuni li tkellmu ma' Newsbook.com.mt qalu li sid il-gaffa telaq minn fuq il-post.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li seħħ xi tip ta' inċident ħdejn Wied Għollieqa u li ħadd ma weġġa' .
Ritratti: Ian Noel Pace