Ħabta Marsa; Mara u tarbija l-Isptar

Aġġornat 05:10 PM

Mara u tarbija ta xahrejn ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara ħabta fil-Marsa. Sofrew ġrieħi ħfief.

Kelliema għall-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ bejn żewġ karozzi fi Triq Diċembru Tlettax. Karozza minnhom kienet misjuqa minn raġel ta’ 20 sena minn Ħaż-Żabbar.

Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn mara ta’ 29 sena minn Marsaxlokk. Magħha kellha tifla ta’ xahrejn. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei bl-ambulanza.