Xufier Taljan ta’ 30 sena qed isofri ġrieħi gravi wara ħabta f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fis-1.30am fi Triq it-Torri, Tas-Sliema. Il-ħabta kienet bejn it-Taljan u raġel Eritrean ta’ 23 sena minn Bormla.
Waqt li t-Taljan qed isofri ġrieħi gravi, l-Eritrean sofra ġrieħi ħfief. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.