Ħabta f’Santa Venera; sewwieq l-isptar

Jer Bir / Facebook

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Santa Venera.

L-inċident ġara fl-10.35am fi Triq Fleur De Lys.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar.

It-triq ingħalqet għal xi ħin.

Aktar dettalji dalwaqt.