Ħabta f’San Pawl il-Baħar; Traffiku tul il-Bypass

MRTU

Ħabta mar-roundabout ta’ San Pawl il-Baħar waħħlet it-traffiku bil-konsegwenza li nġemgħu għadd ta’ karozzi.

Jidher li trakk mgħobbi biċ-ċilindri tal-gass ħabat ma’ karozza huwa u jdur mar-roundabout.

L-inċident seħħ ftit qabel it-8am ta’ dalgħodu. It-traffiku nġemgħa tul il-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.