Ħabta f’San Ġwann, tfajla l-isptar

Tfajla ta’ 22 sena minn Pembroke ttieħdet l-isptar wara li ħabtet ma’ trakk ġewwa San Ġwann. Kelliem għall-pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm fi Triq ir-Riħan San Ġwann.

Fuq il-post issejħet ambulanza biex ħadet lit-tfajla l-isptar bil-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhux magħrufa.