Aġġornata: Ħabta fil-Gżira: Sewwieq tal-mutur f’kundizzjoni gravi

Arkivji

Read in English.

Sewwieq tal-mutur iddaħħal l-isptar u jinsab f’qagħda gravi wara inċident tat-traffiku fil-Gżira. L-inċident seħħ fid-8.40am fi Triq Tas-Sliema.

Is-sewwieq tal-mutur għandu 34 sena filwaqt li l-karozza li kienet involuta fl-impatt kienet misjuqa minn raġel ta’ 70 sena, it-tnejn li huma minn San Ġwann.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed b’urġenza lejn l-isptar Mater Dei fejn qed jieħu l-kura.