Ħabta f’San Ġwann; sewwieq ta’ mutur gravi

Malta Police Force

Ħabta bejn karozza u mutur f’San Ġwann ħalliet lis-sewwieq tal-mutur bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fil-Qasam Industrijali, viċin l-Isptar Mater Dei.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħal Tarxien. Hu ma sofra l-ebda ġrieħi.

Is-sewwieq tal-mutur, li għandu 71 sena u residenti Ħal Qormi ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.