Ħabta f’San Ġwann; sewwieq ta’ mutur gravi

jaqa travu gravi

Sewwieq ta’ mutur ta’ 26 sena minn San Ġwann weġġa’ gravi meta ħabat ma’ karozza fi Triq Mensija, f’San Ġwann.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tas-7.15 am. Il-karozza involuta fl-inċident kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 44 sena minn San Ġwann. Kawża tal-inċident saret ukoll ħsara lil karozza li kienet ipparkjata.