Ħabta f’San Ġwann; 2 persuni gravi

Tifel u mara weġġgħu gravi wara ħabta li saret f’San Ġwann ilbieraħ filgħaxija.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li l-ħabta saret bejn żewġ karozzi fl-10:15pm fiż-żona industrijali.
Is-sewwieqa taż-żewġ karozzi, raġel ta’ 37 sena minn Ħal Qormi u raġel ieħor ta’ 53 sena mill-Imqabba ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija, ambulanza u vann tal-protezzjoni ċivili li taw l-assistenza liż-żewġ passiġġieri fil-karozza misjuqa mir-raġel mill-Imqabba. Il-mara nqabdet fil-karozza.
Il-passiġġieri huma mara ta’ 43 sena u tifel ta’ 15-il sena, it-tnejn mill-Imqabba. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.