Ħabta f’San Ġiljan; sewwieq ta’ mutur gravi

Ian Noel Pace

Raġel weġġa’ gravi f’ħabta bejn mutur u karozza f’San Ġiljan.

Ir-raġel ta’ 44 sena mill-Ħamrun kien qiegħed isuq il-mutur meta ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 64 sena li joqgħod f’Pembroke, fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan. Dan ġara fis-1.15pm.

Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar, fejn iżjed tard, irriżulta li qed isofri minn ġrieħi gravi.