Ħabta f’Raħal Ġdid; raġel l-isptar

jaqa travu gravi

Raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza wara li kien involut f’ħabta bejn 2 karozzi f’Raħal Ġdid.

L-inċident ġara fil-10.40am fi Triq il-Knisja meta kien hemm ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 55 sena mill-Fgura u vettura oħra misjuqa minn mara ta’ 45 sena minn Ħaż-Żabbar.

Ir-raġel ittieħed l-isptar, imma l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. Il-mara ma weġġgħetx.