Ħabta fl-Imsida; x’aktarx hemm persuni feruti

Google Maps

Xi persuni x’aktarx sofrew xi ġrieħi wara ħabta bejn żewġ karozzi.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-każ seħħ għall-ħabta tat-8.30am fit-triq li tieħdok għal Triq Dun Karm, mir-roundabout ta’ ħdejn l-Isptar Mater Dei lejn il-Belt Valletta.

Fuq il-post issejħet ambulanza, iżda l-persuni involuti rrifjutaw l-għajnuna.