Ħabta fl-Imsida; sewwieq ta’ mutur gravi

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident li seħħ fl-Imsida iktar kmieni l-Erbgħa filgħodu.

Ir-raġel ta’ 33 sena residenti Ħal Kirkop kien qed isuq mutur u ħabat f’vettura misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti f’Tas-Sliema.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq il-Prinċipessa Margerita.

Fuq il-post isejjħu l-Pulizija u l-ambulanza li ħadet is-sewwieq tal-mutur lejn l-isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.