Ħabta fl-Imsida: Mara tqila l-isptar; evita l-inħawi

Mara tqila ttieħdet l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi fl-Imsida. 
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq il-Wied tal-Imsida.
Jidher li l-mara ttieħdet l-isptar biex jiġi kkonfermat li l-qagħda tagħha hi tajba. 
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt biex is-sewwieqa jevitaw l-inħawi minħabba li nġema' t-traffiku. ​