Ħabta fl-Imsida; mara l-isptar

Ian Noel Pace

Mara ttieħdet l-isptar minħabba ħabta fl-Imsida.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli fil-5.20pm. Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 55 sena mis-Swieqi u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 64 sena ta’ nazzjonalità Amerikana.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.