Ħabta fiż-Żejtun; żagħżugħ l-isptar

Ġlieda Marsa persuna sptar mater dei ambulanza

Żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li dalgħodu kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi fiż-Żejtun.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Alfredo Cachia.

Iż-żagħżugħ li ttieħed l-isptar għandu 18-il sena u joqgħod iż-Żejtun. Hu weġġa’ ħafif.

Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn mara ta’ 55 sena mill-Fgura. Hi rrifjutat l-ambulanza.