Ħabta fix-Xemxija; anzjan l-isptar

Raġel ta’ 75 sena mill-Mellieħa ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident bejn żewġ karozzi.

Kelliem għall-pulizija qal li l-impatt seħħ għall-ħabta tat-3.15pm, fi Triq Telgħet ix-Xemxija, ix-Xemxija. Il-persuna li kien qed isuq il-vettura l-oħra huwa raġel ta’ 68 sena mill-Mellieħa. Dan tal-aħħar ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhux magħrufa.