Ħabta fit-telgħa tas-Saqqajja

Żewġ karozzi ħabtu fit-telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat fn-11:40am.
Kelliem għall-Pulizija spjega kif waħda mill-karozzi kienet misjuqa minn raġel ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar li ma sofra l-ebda ġrieħi.
Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 43 sena minn San Pawl, li kellu miegħu passiġġiera ta’ 63 sena minn Ħad-Dingli. Il-passiġġiera sofriet ġrieħi ħfief.