Ħabta fit-telgħa tal-MCAST

Mara ta’ 41 sena residenti Birkirkara qed issofri ġrieħi ħfief wara li dalgħodu kienet ivoluta f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.20am fi Triq il-Perit Duminku Mintoff qrib l-MCAST, xħin il-vettura misjuqa mill-mara baqgħet dieħla għal xi raġuni f’karozza misjuqa minn anzjan ta’ 62 sena li joqgħod Ħaż-Żabbar.
Il-mara ttieħdet Mater Dei għall-ewwel kura, filwaqt li l-anzjan ma ġralu xejn.