Ħabta fit-telgħa ta’ Selmun; l-aċċess jingħalaq għal kollox

Ħabta' bejn żewġ vetturi għalqet l-aċċess għall-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fit-telgħa ta' Selmun, fejn għal xi raġuni waħda mill-vetturi tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f'vettura oħra li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li fortunatament ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Madanakollu riżultat ta' dan l-inċident ingħalaq l-aċċess minn u lejn il-Mellieħa.
Fuq il-post hemm il-Pulizija tat-traffiku biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Qed ikun appellat biex is-sewwieqa jevitaw l-akwati sakemm is-sitwazzjoni terġa' tiġi għan-normal.

Ritratt: MRTU