Aġġornata: Ħabta bejn minibus u karozza fil-Mosta

aċċident mutur San Ġiljan

Dalgħodu seħħet ħabta bejn minibus u karozza fil-Mosta.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-ħabta seħħet mar-roundabout ta’ Triq Buqana fil-4.45am. Il-minibus kienet misjuqa minn raġel ta’ 58 sena li ma sofra l-ebda ġrieħi. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 32 sena mill-Imtarfa, li wkoll ma sofriex ġrieħi.

Madanakollu, mara ta’ 23 sena mill-Mellieħa, u li kienet passiġġiera fil-karozza ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ħareġ li sofriet minn xi ġrieħi ħfief.