Ħabta fin-Nadur; 3 l-isptar

Mara ta’ 81 sena minn Ta’ Sannat weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku fin-Nadur, li bagħat lil tliet persuni l-isptar.

L-inċident seħħ ftit qabel l-4pm fi Triq ir-Rabat.

Il-karozza, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 46 sena baqgħet dieħla f’siġra. Passiġġiera magħha kien hemm mara ta’ 81 sena u mara ta’ 54 sena minn Nadur.  Irriżulta li s-sewwieqa u l-mara ta’ 54 sena ma’ sofrew l-ebda ġrieħi.