Ħabta fil-Mosta; sewwieq ta’ mutur l-isptar

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar wara li ndarab kawża ta’ inċident fil-Mosta bejn mutur u karozza.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fit-8:15am.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur li għandu 24 sena u jgħix Ħal Kirkop, għadha mhix magħrufa.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel Ingliż ta’ 46 sena, residenti s-Siġġiewi. Hu ma sofra l-ebda ġrieħi.