​Ħabta fil-Mosta; raġel l-isptar

Żewġt irġiel dalgħodu bdew il-ġurnata b’togħma kemxejn qarsa hekk kif kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
Kien għas-6am fi Triq il-Missjunarji Maltin meta seħħet ħabta bejn vann misjuq minn raġel ta’ 24 sena minn San Pawl il-Baħar u karozza misjuqa minn raġel ta’ 27 sena mill-Qrendi.
Dan tal-aħħar ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda ġie ċċertifikat li ġarrab biss ġrieħi ħfief.